wheelchair-accessmalta-flag

Inżigużajgu ma’  Kelma Kelma Nota Nota
Music & Theatre / Maltese / Catholic Institute, Floriana
Duration 60 mins

FRIDAY 11TH NOVEMBER 2016: 9:30, 11:30
SATURDAY 12TH NOVEMBER 2016: 18:30
SUNDAY 13TH NOVEMBER 2016: 11:00, 16:30

Kelma Kelma Nota Nota is a project that combines the world of Maltese traditional and contemporary music and the world of Maltese literature. The concerts have a dual objective. First of all, to commemorate old songs, poems, comic sketches and rhymes, giving them new life on stage with modern adaptations and twists. Secondly, to invent new songs and writings, continuing the musical and literary voyage started by earlier generations. For the first time there will be a concert targeting the very young. The theme will be fairy tales and the characters that inhabit them. For this concert, these characters will be pulled out of the book pages to spend an hour with young children, to the songs by Daniel Cauchi and the music by the Big Band Brothers, together with quips by Ray Calleja and writings by Michael Spagnol.

Kelma Kelma Nota Nota hu proġett li jlaqqa’ d-dinja tal-mużika tradizzjonali u kontemporanja bil-Malti mad-dinja tal-lingwa u l-letteratura Maltija. L-għan tal-kunċerti huwa doppju. Qabelxejn, li jiġu mfakkra kanzunetti, poeżiji, makkjetti u taqbiliet, u jerġgħu jingħataw il-ħajja fuq il-palk b’arranġamenti u b’laqtiet moderni. It-tieni għan hu li jissawru kanzunetti u kitbiet ġodda biex jitkompla dan il-vjaġġ mużikali u letterarju li nbeda mill-ġenerazzjonijiet ta’ qabel. Għall-ewwel darba qed jitħejja kunċert immirat għaż-żgħar nett li jdur madwar it-tema tal-ħrejjef u l-personaġġi li jgħammru fihom. Għal dan il-kunċert dawn il-karattri se jinqalgħu mill-paġni tal-kotba ħalli jgħaddu siegħa żmien magħhom, mal-kant ta’ Daniel Cauchi u d-daqq tal-Big Band Brothers, mal-battuti ta’ Ray Calleja u mal-kitbiet ta’ Michael Spagnol.