wheelchair-accessmalta-flag

Ineż kienet Perf(etta)
Theatre / Maltese / Theatre St. James Cavalier
Duration 60 mins

SATURDAY 12TH NOVEMBER 2016: 18:30
MONDAY 14TH NOVEMBER 2016: 18:30
TUESDAY 15TH NOVEMBER 2016: 9:30, 11:30
FRIDAY 18TH NOVEMBER 2016: 9:30, 11:30
SUNDAY 20TH NOVEMBER 2016: 18:30

Ineż is fourteen years old. Perf: popular, attractive, lively, a rebel, a saint and an angel, easily gets a thousand likes on Facebook. Perfect. Sort of.

Ineż disappeared.

She disappeared suddenly on her way home on Saturday night and nobody knows her whereabouts, what happened to her – or what they’ve done to her. In such a tiny place like Malta, where it is practically impossible to get lost or to hide, truth will out, eventually, and what the Police aren’t able to discover is gradually emerging among the young people who knew her – and who did not in fact perceive her as Perf(ect). Those who can evade trials by jury for lack of evidence against them have to face another kind of jury: the jury by society that is ever ready to judge and point fingers. After all, what had driven Ineż to start behaving the way she did immediately before her disappearance? Indeed, Ineż may not have been perfect – but apparently everybody wanted her to be, somehow or other, the perfect model – without even giving her the chance to be truly what she wanted to be.

Ineż kienet Perf(etta) is a play for young people written by Simone Spiteri and produced by Studio 18 (the #babydaddy team), loosely based on and inspired by Anton Manwel Caruana’ novel, Ineż Farruġ. Set against a contemporary background of Maltese young people, the story tries to comprehend who indeed is Ineż 2016 and whether she is still voiceless like her Caruana counterpart in 1421. Although a twenty-first century young lady may be more emancipated, the pressure that society puts on her to make her attain the unreachable ideals of all those around her is still formidable.

*THIS PRODUCTION CONTAINS STRONG LANGUAGE THAT IS NOT SUITABLE FOR CHILDREN UNDER THE AGE OF THIRTEEN

Ineż għandha erbatax-il sena. Perf: popolari, sabiħa, fuq tagħha, ribelluża, qaddisa anġlu, itellagħlek elf like fuq Facebook. Perfetta. Speċi ta’.

Ineż nieqsa.

Sparixxiet ħabta u sabta hi u sejra d-dar is-Sibt filgħaxija u ħadd ma jaf fejn marret, xi ġralha – jew x’għamlulha. F’pajjiż daqs tikka bħal Malta, fejn huwa impossibbli li tintilef jew tistaħba, iż-żejt jibda tiela’ f’wiċċ l-ilma, u dak li ma jistgħux jiskopru l-Pulizija qiegħed joħroġ bil-mod il-mod fost iż-żgħażagħ li lil Ineż kienu jafuha – u li Perf(etta) ma tantx kienu jarawha. Dawk li jiffrankaw il-ġuri tal-qrati għax m’hemmx provi kontrihom għandhom ġuri ieħor x’jiffaċċjaw: dak ta’ soċjetà dejjem lesta tiġġudika u tipponta subgħajha. U fuq kollox, din Ineż x’wassalha biex tibda ġġib ruħha kif bosta innutawha ftit qabel ma sparixxiet? Għax forsi Ineż perfetta ma kenitx – imma donnu kulħadd riedha tkun, b’xi mod jew ieħor, l-ideal tiegħu – mingħajr ma ta nifs lil din it-tfajla biex tkun dak li verament trid hi.

Ineż kienet Perf(etta) huwa dramm għaż-żgħażagħ miktub minn Simone Spiteri u mtella’ minn Studio 18 (it-tim ta’ #babydaddy), ibbażat u ispirat b’mod ħafif mir-rumanz ta’ Anton Manwel Caruana, Ineż Farruġ. Ambjentat f’dinja kontemporanja taż-żgħażagħ Maltin, l-istorja tipprova tifhem min hi Ineż tal-2016 u jekk għadhiex bla vuċi bħal dik ta’ Caruana fl-1421. Għax forsi tfajla għandha ħajja iktar libera fisseklu wieħed u għoxrin – imma l-pressjoni li s-soċjetà titfa’ fuqha biex tissodisfa l-ideali impossibbli ta’ dawk kollha ta’ madwarha għadha sfida kbira.

*DIN IL-PRODUZZJONI FIHA LINGWAĊĊ QAWWI LI MHUX ADDATTAT GĦAL TFAL TAĦT IT-TLETTAX-IL SENA